Sunday, February 7, 2010

Nixfa

Ixomm il-frak tal-warda mistika u
jivvjaġġa qalb moffa twaħħal l-esperjenzi.
Mal-ħoss tat-tikk jixxabbat ma' ruħ alla,
mal-ħoss tat-tokk id-daħqa ġġagħlu jorqod.

L-omm għarwiena b'sidirha tal-metall
insiet kif tkanta l-lullaby mistħija,
sabtet it-trabi mas-sur imxengel,
tfiet il-lampa t'għajnejha b'tazza nbid żienja.

Illejla anke ż-żiffa spiċċat bla nifs,
tokrob qatr' ossiġnu mill-qamar sakranazz. (C)