Saturday, March 20, 2010

Itturufnat

Jien iswed faħma, klandestin imġiddem,
għarbi nkallat, terrorist minn ġuf ommi.
Niġbor għeruq imdemmija ta' nies bla wiċċ,
mill-baħar-qabar li jibla' 'l ħuti b'kapriċċ.

L-abjad sammarli l-musmar imsaddad tad-destin,
jikkoreġini fil-ħażen injorant tiegħi.
Għandu qalbu tajba w umli,
jitlob għalija biex nipprogressa w neduka l-ġensi.

Illum fuq il-qoxra mbandla tal-patibolu
niktiblu din l-ittra ta' ringrazzjament:
Grazzi talli dejjem tgħallimni
għax mingħajrek ma jien xejn. (C)

No comments:

Post a Comment