Saturday, March 27, 2010

Michelle

Niżżerżaq niġbor l-aħħar qtar tal-assenza
li ħallejt impittra mal-liżar safi benniena.
Inkebbeb żewġ xagħriet mal-qamar imdellel,
nikteb kapitlu ieħor bla ma nispiċċah.

Inxomm ir-riħa ta' fjurtek imwelled minn ġufek verġni,
nixxennaq għal millisekonda oħra
biex induq tjubitek mhix spjegata.

Nistenna, nistenna, is-sema jiċċarrat,
nistenna, nistenna, il-baħħ jimtela.

Erġ' ejja lura,
it-tieqa mbexxqa,
il-liżar ma ħsiltux. (C)

No comments:

Post a Comment